Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Marzu 2024
X’iddeċidejna?
Żammejna r-rati ewlenin tal-imgħax tagħna l-istess
Iż-żidiet fir-rati tal-imgħax li implimentajna fil-passat qegħdin jgħinu biex inaqqsu l-inflazzjoni. U d-deċiżjonijiet futuri tagħna se jiddependu fuq kif naraw l-ekonomija u l-inflazzjoni jiżviluppaw.
X’qed jiġri fl-ekonomija?
L-ekonomija għadha dgħajfa imma se tirkupra gradwalment
In-nies qegħdin jonfqu inqas, u l-kumpaniji qegħdin esportaw inqas prodotti u servizzi. Iżda hekk kif l-inflazzjoni tonqos u l-pagi jiżdiedu, in-nies se jkollhom aktar flus x’jonfqu. Dan se jappoġġa lill-ekonomija.
L-inflazzjoni kompliet tonqos aktar
L-enerġija hija ferm orħos minn sena ilu, u l-prezzijiet tal-ikel m’għadhomx jogħlew bl-istess ritmu qawwi. Iżda l-pagi li qegħdin jiżdiedu qegħdin iżommu l-prezzijiet għoljin għal prodotti u servizzi oħrajn.
Ħafna aktar nies għandhom xogħol
Il-qgħad jinsab fl-aktar livell baxx sa mill-bidu tal-euro. Id-ditti jkomplu jimpjegaw ħaddiema ġodda, iżda inqas milli fil-passat.
Kif naraw l-ekonomija tiżviluppa?
Nistennew li l-ekonomija se tirkupra bil-mod fis-snin li ġejjin
Il-projezzjonijiet għat-tkabbir ekonomiku taż-żona tal-euro fl-2024 u fis-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Marzu 2024)
Nistennew li l-inflazzjoni taqa’ għall-mira tagħna ta’ 2% fl-2025
Il-projezzjonijiet għall-inflazzjoni taż-żona tal-euro għall-2024 u fis-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Marzu 2024)
Ara d-dettalji
DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA
Dan huwa dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.
Stqarrija għall-istampaSTQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA
Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.
Stqarrija tal-politika monetarja