Stqarrija tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE dwar ir-rapport tal-Kunsill ta’ l-ECOFIN fuq kif għandha tiġi mtejba l-implimentazzjoni tal-patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jinstab serjament imħasseb dwar il-bidliet proposti għall-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Għandu jiġi evitat li t-tibdil fl-aspett korrettiv idgħajjef il-fiduċja fl-istruttura fiskali ta’ l-Unjoni Ewropea u s-sotenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fl-Istati Membri taż-żona ta’ l-euro. F’dak li jirrigwarda l-aspett preventiv tal-Patt, il-Kunsill Governattiv jieħu wkoll kont ta’ xi ftit mill-bidliet li huma konformi mat-tisħiħ possibbli ta’ dan l-aspett preventiv.
Linji politiċi fiskali sodi, kif ukoll politika monetarja li hi mfassla biex ikun hemm l-istabbiltà fil-prezzijiet huma fundamentali biex l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tkun suċċess. Dawn huma kondizzjonijiet meħtiega minn qabel biex fiż-żona ta' l-euro jkun hemm l-istabbiltà makroekonomika, it-tkabbir, u l-koeżjoni. Hu importanti ħafna li l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea jimplimentaw l-istruttura riveduta b’mod rigoruż u konsistenti li jwassal għal linji politiċi fiskali prudenti.
Iżjed minn qatt qabel, u fiċ-ċirkostanzi preżenti, hu essenzjali li l-partijiet kollha kkonċernati jwettqu l-obbligi rispettivi tagħhom. Kemm il-pubbliku kif ukoll is-swieq jistgħu iserħu moħħhom li l-Kunsill Governattiv jibqa impenjat b’mod determinat li jwettaq il-mandat tieghu taż-żamma ta’ l-istabbiltà tal-prezzijiet.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja